Jekk kapaċi taqra’ u tikteb, jekk taf tagħmel kont jew tkejjel biċċa għamara, ifisser li xi darba bħala tifel jew tifla ċkejkna, xi ħadd bil-paċenzja kollha sawwar fik dawn il-ħiliet.
L-għalliema huma għodda strumentali għall-iżvilupp tal-bniedem u għat-tkabbir tal-pajjiż. Huma dawk li jiftħulna l-bibien u t-twieqi ta’ moħna, li jgħinuna niskopru l-abbiltajiet tagħna li naħsbu u nirraġunaw, li nqisu u li nixtarru.
Huma l-għalliema li minn ċkunitna jgħinuna nissawru f’persuni b’ħiliet varji li eventwalment jeħduna f’direzzjoni jew f’oħra f’xogħolijiet u karrieri differenti.
Il-5 ta’ Ottubru huwa l-jum iddedikat lil din il-professjoni. Professjoni ta’ dedikazzjoni kbira, minn persuni komuni li f’għajnejn tfal ċkejkna ħafna drabi jsiru kważi supereroj,u li f’għajnejn studenti aktar maturi, kemmildarba jfissru spalla fuq min jistrieħu jew parir prezzjuż li jaf ikun wieħed li jbiddlilhom il-kumplament ta’ ħajjihtom.
Jum li fih id-dinja tħares bi gratitudni lejn l-edukaturi kollha u tirringrazzjahom tax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu. Xogħol li sfortunatament madankollu, mhux dejjem huwa apprezzat kif suppost.
Dwar l-edukaturi tkellem ħafna fl-aħħar jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li saħaq dwar kemm dawn jagħmlu d-differenza fil-pajjiż.
Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti pagi aktar denji lill-għalliema. Pagi li jkunu jistgħu iħarju lil min jixtieq jagħżel li jikkommetti ruħu għal din il-professjoni
Huwa qal li minbarra pagi aħjar, irid jara li l-għalliema jkunu jistħu javvanzaw u jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom.
//= $special ?>