Sport Sport Ieħor

Il-Queen’s Baton Relay f’Malta fil-11 ta’ Ottubru

Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Assoċjazzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth ta’ Malta se jkunu qed jilqgħu il-Queen’s Baton Relay fil-11 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Queen’s Baton Relay hija tradizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth li tiċċelebra, tgħaqqad u tispira komunitajiet minn madwar il-Commonwealth fil-xhur ta’qabel il-bidu tal-Logħob. L-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-Commonwealth se ssir fl-2022 f’Birmingham.

Il-Queen’s Baton Relay se tkun qed tivjaġġa fi 72 nazzjon u se tasal f’Malta f’Ottubru minn Ċipru, fejn se tintlaqa’ minn Julian Pace Bonello u Joseph Cassar, President u Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpkiku Malti u l-Assoċjazzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth f’Malta.

Filwaqt li numru ta’ atleti Maltin ġew magħżula biex jkunu ‘baton bearers’, Neil Agius, Fabio Spiteri u Jake Vella nħatru bħala Game Changers, bħala inidvidwi li permezz tal-isforz sportiv tagħhom ppruvaw itejbu l-ħajja ta’ ħaddieħor u tal-ambjent ta’ amdwarna.