Il-Union tal-Pulizija qed tilmenta li ma kinitx infurmata fuq tibdil fil-liġi dwar testijiet fuq uffiċjali tal-Korp
Il-Union tal-Pulizija, l-MPU, qed tilmenta fuq il-fatt li ma ġietx infurmata dwar tibdil fil-liġi li tirregola testijiet li jistgħu isiru fuq uffiċjali tal-Korp fejn jidħol xorb alkoħoliku.
Jidher li dan it-tibdil iddaħħal fil-liġi mingħajr ma l-Korp kien infurmat.
Filwaqt li tinsisti li taqbel ma’ testijiet fuq uffiċjali tal-Pulizija għal użu ta’ sustanzi ta’ droga, l-MPU qalet li tibdil li sar fil-liġi biex jinkludi testiijet fuq konsum ta’ alkoħol sar mingħajr ma ġew avżati jew ikkonsultati.
L-MPU qalet li l-konsum ta’ alkoħol mhuwiex illegali u għaldaqstant ma tistax taqbel mal-ispirtu li bih saret il-liġi. Il-Union staqsiet għaliex uffiċjali tagħha qed jiġu ttrattati differenti minn ħaddiema oħra.
L-MPU esprimiet id-diżappunt tagħha wkoll għall-fatt li hija kiene talbet laqgħa mal-Ministru Byron Camilleri sabiex tkun diskussa din il-materja, madankollu t-talba tagħhom baqgħet mhux milqugħa.
//= $special ?>