Lokali Parlament

Jeħtieġ appoġġ għas-CDAU

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake tkellem dwar ic-Child Development Assessment Unit (CDAU) fejn ikunu trattati każi relatati mat-tfal u qal li t-tfal imorru fil-kliniċi numru ta’ drabi fil-ġimgħa u appella biex ikun hemm l-appoġġ meħtieġ lil din it-taqsima.

Dawn iż-żjarat isiru parti mill-ħajja ta’ dawn it-tfal u l-familji, sostna David Thake fl-Aġġornament tal-parlament, waqt li sellem il-ħidma tal-ħaddiema f’dawn il-kliniċi. Hu tkellem dwar is-sitwazzjoni fl-Occupational Therapy fis-sessjonijiet personali ta’ terparija twaqqfet minħabba l-COVID u kienu offruti biss lil ċertu tfal. Hemm każi ta’ tfal li għadhom ma bdewx it-terpaija minkejja li kienu identifikati sena ilu. Dan meta dawn it-tfal huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà u għalhekk ma jistax jintilef żmien.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li se jmur is-CDAU biex jirringrazzja lill-ħaddiema biex jara x’hemm bżonn f’dan is-settur. Il-pajjiż irid isir il-flus biex il-faċilitajiet li għadhom bżonn dawn il-ħaddiema u ttfal isiru.

Hemm klinċii priati li għandhom l-apparat u l-faċilitajiet neċessarji iżda fil-kliniċi tal-Gvenr dawn il-faċilitajiet huma nieqsa. Minkejja li saru kuntatti mal-Gvern, is-istwazzjoni baqgħet kif kienet. Dawn it-tfal m’għandhomx jintilfu u għandhom jingħataw l-opportunitatjiet kollha, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-ambjent li qed jingħataw is-servizzi mhux komdu għal dawn it-tfal żgħar li jkunu diġà għaddew minn trawa kbira.

L-ambjent mhux wieħed li jilqa’ lit-tfal f’awn il-kliniċi meta dawn huma tfal vulnerabbli li għanhdom bżonn l-għajnuna u l-finanzi tal-isptar.

Il-klinika tal-Għargħur tinsab fi stat tal-biki fejn kien hemm anki bramel bil-labar tas-siringi fl-art fejn tfal jistgħu jmissuhom. Il-ġenituri qed ikollhom iħallsu mijiet ta’ ewros biex it-tfal imorru jingħataw ċertu servizzi.

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom ikunu fi front komuni f’dawn is-settur beix jitjiebu l-faċlitajiet għal dawn it-tfal. Hu qal li l-Gvern qed jonfoq miljuni f’direct orders u hu se jkun qed jiżvela informazzjoni importanti dwar dan.

L-ispiża hi ta’ €31 fis-siegħa għal terapija, spjega Daid Thake, li qal li dawn il-familiji m’humiex mweġdhom għaliex il-PN qed jimpenja ruħu biex is-CDAU jingħata l-appoġġ meħtieġ.