Lokali

L-Avukati prattikanti quddiem il-Qorti t’Għawdex ikomplu bl-azzjoni tagħhom

Ic-Chief Executive Officer tal-Aġenzija tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, flimkien mal-Assistent CEO tal-Agenzija tal-Qrati, Head Officer tal-Human Resources, ic-Chief of Staff tal-Ministru għall-Gustizzja u ċ-Chief Marshall tal-Qorti ta’ Malta ltaqgħu mal-avukati prattikanti f’Għawdex, dalgħodu t-Tlieta, 5 ta’ Ottubru, 2021 fil-bini tal-Qorti t’Għawdex.

Waqt din il-laqgħa ngħatat l-aħbar li ġiet appuntata Deputat Reġistratur kif ukoll informazzjoni dwar miżuri li ser jittieħdu u ċioè li Marixxall minn Malta ser ikunu għalissa jaqsam lejn Għawdex darbtejn fil-ġimgħa u eventwalment jiġu ta’ kull jum. Issemmiet ukoll il-possibilità li jinġab aktar staff biex is-sitwazzjoni tiġi mtejba.

Min-naħa tagħhom l-avukati fissru d-diffikultajiet kollha li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom. Partikolarment peress li wara l-azzjoni kollettiva li ttieħdet f’Ġunju li għadda, qajla sar progress, bis-sitwazzjoni tkompli tiddeġenera ruħha.

L-Avukati jqisu li dawn il-mi#uri ma jindirizzawx adegwatament il-b#onnijiet urġenti tal-Qorti t’Għawdex u fid-dawl ta’ dan kollu, sakemm ma jkunx hemm progress materjali permezz persuni li jkunu assenjati mal-Qorti t’Għawdex, l-avukati prattikanti quddiem il-Qorti t’Għawdex ser ikomplu bl-azzjoni kollettiva tagħhom u mhux se jattendu
ghas-seduti ffissati.