Sport Sport Ieħor

Liam Sciberras jirbaħ is-seba’ MSSF Selection Shoot tas-sena

Liam Sciberrras rebaħ is-seba’ MSSF Selection Shoot tas-sena 2021 li saret fir-Ranges Nazzjonali ġewwa Ta’ Kandja. Fit-tieni post klassifika Clive Farrugia filwaqt li Marcello Attard temm fit-tielet post. Il-kompetizzjoni ittellgħet fuq jumejn, fejn fl-ewwel ġurnata t-tiraturi sparaw fuq 75 plattina, filwaqt li fil-finali sparaw fuq 50 plattina.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Clive Farrugia b’total ta’ 118/125; Belinio Attard 117/125; Matthias Azzopardi 116/125; Marcello Attard 115/125; Liam Sciberras 114/125; u Marlon Attard 114/125.

Ir-riżultati uffiċċjali wara l-Finali kienu: Liam sciberras 50/60, Clive farrugia 47/60, Marcello Attard 39/50, Matthias Azzopardi 31/40, Marlon Attard 25/30, Belinio Attard 14/20