It-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jieħu sehem fir-round ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena, b’Malta se tkun qed tospita dawn il-partiti fit-Tony Bezzina Stadium. Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp 1 kontra t-Turkija, id-Danimarka u l-Montenegro, bl-ewwel żewġ timijiet fil-Grupp javvanzaaw għar-round elite, flimkien ma’ l-aħjar erba’ timijiet li jtemmu fit-tielet post fil-grupp rispettivi tagħhom.
L-iskwadra ta’ 22 plejer hija din:
Goalkeepers: Domnic Vella (Birkirkara), Niklas Vella (Balzan)
Difensuri: Andrew Apap Bologna (Luxol St Andrews), Sven Scerri (Hamrun Spartans), Myron Micallef (San Gwann), Ivin Farrugia (Pietà Hotspurs), Jayden Ohaka (Hibernians), Josiah Mallia (Valletta), Isaiah Chukunyere (Hibernians), Timothy Cassar Torregiani (Luxol St. Andrews), Kian Vella (Ħamrun Spartans)
Midfielders: Timothy Cachia (Luxol St. Andrews), Lucas Caruana (Hibernians), Kaiden Fenech (Birkirkara), Gabriel Vella (Ħamrun Spartans), Nicholas Mifsud (Mosta)
Attakkanti: Russell Caruana (Mosta), Ensell Attard (Mosta), Zak Barbara (Valletta), Sean Gatt (Luxol St. Andrews), Trezeguet Zammit (Ħamrun Spartans), Kian Leonardi (Pietà Hotspurs)