Enerġija Lokali

“Qed jaslu kontijiet tad-dawl aktar għoljin”

“Ma nafx fejn se naqbad nagħti rasi…għandi €100 f’ġimgħa dawl…€770 ta’ xahrejn – imbasta raħsu l-kontijiet, tpeċlieq fil-vojt”

Kienu dawn uħud minn diversi kummenti li tfaċċaw fuq il-midja soċjali b’bosta persuni jisħqu li qed jaslu kontijiet tad-dawl u ilma aktar għoljin mis-soltu.

Oħrajn saħqu li għandhom bżonn urġenti min jiċċekjalhom il-kont tad-dawl l-għaliex qed jiġihom għoli ħafna b’mod eżaġerat.

Dan hekk kif għal xahar ieħor, il-Partit Laburista mhux qed joffri soluzzjoni dwar is-serq tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma…serq li l-Gvern tal-Labour qed ikompli jissokta bih għad-detriment tal-but tal-familji Maltin u Għawdxin.

Lura fl-amministrazzjoni ta’ Gvern Laburista taħt it-tmexxija tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kien ġie mwiegħed li l-Gvern kien se jsib soluzzjoni…. madanakollu sal-lum il-ġurnata l-Gvern din id-darba ta’ Robert Abela għadu ma sab l-ebda soluzzjoni.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech diġà għamilha ċara li Gvern ġdid immexxi minnu jara li l-poplu jingħata lura l-flus kollha li nsteraq mill-Gvern Laburista.