Il-100 edizzjoni tat-tellieqa klassika fil-kalendarju taċ-ċikliżmu – Tre Valli Varesine fuq distanza ta’ 196.7 kilometri minn Bust’ Arsizio sac-ċentru ta’ Varese. Wara l-130 kilometru kien is-Sloven Tadej Pogacar ta’ Team Emirates li fetaħ attakk minn mal-grupp b’reazzjoni b’saħħitha minn Alessandro de Marchi ta’ Israel Start-Up u Davide Formolo ta’ Team Emirates.
Eventwalment kienu De Marchi u Formolo li mill-attakk komplew waħidhom tant li sa tmien kilometri mit-tmiem fetħu vantaġġ ta’ 25 sekonda fuq il-grupp. Fl-isprint finali fi Piazza Montegrappa ta’ Varese, kien Alessandro DeMarchi li f’4 sighat 47 minuta u 4 sekondi rebaħ fuq Davide Formolo għall suċċess ieħor Taljan f’tellieqa ta’ prestiġju. Fit-tielet post daħal il-grupp 38 sekonda wara b’ Pogacar jidħol fit-tielet post. Dan is-suċċess wasal jumejn wara r-rebħa ta’ Sonny Colbelli fil-118 l-edizzjoni tal-klassika Pariġi – Roubaix li kien l-ewwel suċċess Taljan mill-1999.
//= $special ?>