Lokali

Għadha ma twettqet ebda miżura konkreta

Kważi iktar minn sena u nofs minn mindu faqqgħet l-pandemija tal-COVID f’pajjiżna, l-Gvern Laburista għadu ma wettaq xejn mis-suppost strateġija ta’ wara l-Covid.

Is-suppost Ministru li ġie fdat bi strateġija għall-wara l-COVID…. għadu sal-lum ma wettaq ebda miżura, għax fi kliemu stess stqarr li l-proposti ta’ din l-istrateġija għadhom iridu jsiru.

Mistoqsi minn dan l-istazzjon biex jgħidilna eżatt x’inhuma dawn l-inizjattivi li ‘skont hu’ iridu jitwettqu, Owen Bonnici baqa’ jgħid li qed isir ix-xogħol ….mingħajr ma semma inizjattiva waħda konkreta.