Ħadd mid-Deputati tal-Gvern ma jikkundanna d-deċiżjoni ta’ Konrad Mizzi li ħarab milli jmur quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi u jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar il-proġett tal-Electrogas.
Il-proġett li qed jiswa l-miljuni lill-poplu Malti u Għawdxi – proġett tal-Partit Laburista li ħadd mill-membri tal-Gvern mhu jikkundanna – proġett li mexxa Konrad Mizzi, li lanqas lilu ma jridu jikkundannaw.
Qabel is-seduta tal-Erbgha, ebda membru tal-Gvern Laburista ma deher li jimpurtah li inti qed tinsteraq minħabba d-deċiżjonijiet ta’ Konrad Mizzi u l-Gvern Laburista. U ghalihom, dak li sehh fil-PAC qisu xejn mhu xejn.
Kemm ilu fil-Gvern, il-Labour rabatna biex nitru bejn 70-80% li tipproduci l-Electrogas. Din ir-rabta tfisser li ahna qed inhallsu anke meta ma nuzawx l-energija tal-electrogas.
Fil-verita, hemm mumenti fejn l-interconnecter ikun irhas mill-Electrogas. Filfatt fuq perjodu ta’ sena u nofs, ħallasna aktar minn 10 miljuni żejda għaliex il-Labour u Konrad Mizzi ġeluna nħallsu iktar. B’hekk il-kont tiegħek kellu jkun irħas.
Apparti dan kollu, Konrad Mizzi berbaq 10 miljun Ewro fi proġett fil-Montenegro. Dan meta ftit jiem qabel, l-istess windfarm kien jiswa 2 miljuni. U l-Enemalta ħalset 7 miljuni żejda minn flusna.
Wiehed irid ifakkar ukoll li Konrad Mizzi ħafer 40 miljun ewro f’taxxa lill-Electrogas u kieku m’għamilx hekk, il-kont tad-dawl tal-Maltin u l-Ghawdxin, kien ikun 230 ewro orhos.
Dan kollu, jibqa’ mhux ikkundannat mill-membri parlamentari tal-Partit Laburista u Konrad Mizzi jibqa’ ma jidher imkien, u qed jinħeba biss wara l-istatus ta’ Facebook.
//= $special ?>