Futbol Sport

Il-familja Glazers poġġew aktar minn 9.5miljuni f’shares għall-bejgħ

Il-familja Glazers li huma s-sidien ewlenin ta’ Manchester United poġġew aktar minn 9.5miljuni f’shares għall-bejgħ. Manchester United avżaw lil New York Stock Exchange t-Tlieta filgħaxija f’isem id-Diretturi tal-klabb, Kevin u Edward Glazer.

Dan kollu qed iseħħ ħames xhur wara li l-partita bejn Manchester United u Liverpool kienet posposta minħabba l-protesti mill-partitarji ta’ Manchester United, wara li ftit tal-jiem qabel kien ikkollassa l-pjan tal-European Super League, bil-co-chairman ta’ Manchester United Joel Glazer ikun involut sew fin-negozjati.

F’Marzu li għadda, Avram Glazer biegħ £70 miljun f’shares. Il-bejgħ ta’ dawn is-shares jammonta għal 8% tax-shares kollha li għandha l-familja Glazers, bl-istess familja xorta waħda żżomm aktar minn 69% tax-shares.