Lokali

Il-Grupp Armar Marija Assunta tal-Mosta b’wirja artistika għal okkażjoni speċjali

Hekk kif il-Mosta qed tfakkar 150 sena mill-konsagrazzjoni tal-Bażilika tar-Rotunda, il-Grupp Armar Marija Assunta tal-Mosta qiegħed ukoll ifakkar anniversarju speċjali, dak ta’ 25 sena mill-fondazzjoni tal-istess għaqda, fejn numru ta’ delittanti jinġabru b’dedikazzjoni sabiex jaħdmu fuq l-armar li jżejjen it-toroq Mostin fil-jiem ta’ Santa Marija.

Għaldaqstant, din l-għaqda qiegħda torganizza wirja artistika b’tema Marjana, fl-imħażen tal-istess għaqda.

F’din il-wirja hemm esebiti numru ta’ xogħolijiet ta’ artisti Maltin, bit-tema ċentrali tkun dik tal-Assunta.

Il-wirja se ddum miftuħa sas-17 ta’ Ottubru u tiftaħ kuljum bejn il-5pm u 8pm.