Għawdex Lokali

“Il-Gvern qed iqarraq dwar l-impjiegi f’Għawdex” – Chris Said

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said qal li l-Gvern Laburista qed iqarraq doppjament dwar l-impjiegi f’Għawdex.

“Il-Gvern qalilna li 8 minn kull 10 li sabu xogħol f’Għawdex sabu xogħol mal-privat. Il-Gvern qed iqarraq. Dan mhux veru. Dan kollu logħob biċ-ċifri u l-kliem”

Huwa qal li numru ta’ Għawdxin li għalkemm fuq il-karta jidhru li huma mal-privat fil-fatt qed jagħtu servizz lill-Gvern u huma mħallsin direttament jew indirettament mill-Gvern, allura dawn xorta qed ikunu imħallsa minn flus il-poplu Malti u Għawdxi.

Is-shadow minister għal Għawdex qal li fir-realtà żdiedu n-nies ta’ ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gvern f’Għawdex.

Chris Said qal li f’dak li kien imħabbar mill-Gvern hemm abbuż sfaċċat, u llum jew għada dan irid iwieġeb.

https://www.facebook.com/ChrisSaidPN/posts/415403409947722