Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Paramnet David Agius sostna li l-parlaemnt għandu jasal iktar għand in-nies.
Fil-parlament David Agius qal li l-parlament jissaħħaħ jekk il-Kummissarji tal-parlament ma jibqgħux jirrispondu lill-ministru iżda lill-parlament biex dawn ikunu ta’ xprun u jiskrutinaw l-operat tal-Gvern.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li importanti li jkun hemm il-mistoqsijiet tad-deputati fil-parlament. Hu sostna li l-Oppożizzjoni għandu jkollha iktar ħin għad-domandi parlamentari u ppropona wkoll li l-Oppożizzjoni tingħata iktar seduti biex tressaq mozzjonijiet tagħha.
Il-pajjiż irid jiddeċiedi jekk il-parlamentari għandhomx ikunu full-time jew part-time anki b’għażla u kundizzjonijiet.
Hu tkellem dwar l-importanza tar-riċerka fid-diskorsi tad-deputati u ppropona li jsir ftehim mal-Univeristà ta’ Malta dwar kif id-deputati jistgħu jużaw il-faċilitajiet tal-Università.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm kumitat parlamentari li għandhom jitmexxew mill-Oppożizzjoni, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali. L-Ispeaker għandu jkollu dritt li jlaqqa’ l-kumitat li ma jkunx qed jiltaqa’.
Il-parlament għandu rwol li jwassal informazzjoni importanti lill-poplu Malti, sostna David Agius, li appella biex il-parlament ikollu wkoll paġna fuq il-media soċjali.
Hu tratta x-xandir nazjzonali u qal li l-PBS mhux qed jonroa l-obblgi kostituzzjonali tiegħu u għalhekk irid ikun assigurat li l-parlament jasal iktar għand in-nies.
//= $special ?>