Lokali

Il-PBS mhux se jirtira d-direttiva ta’ ġimgħatejn pre-avviż dwar suġġetti u mistednin

Il-PBS mhux se jirtira d-direttiva lil produtturi ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li jridu jagħtu pre-avviż ta’ ġimgħatejn dwar x’suġġetti se jitrattaw u min se jkollhom bħala mistednin fil-programmi tagħhom.

Fi stqarrija, il-PBS qal li fetaħ stazzjoni ġdid li “jiffokaw fuq ġrajjiet kurrenti u temi attwali jingħataw importanza għal diskussjoni miftuħa u matura.”

L-istqarrija tkompli li din id-direttiva qed tingħata għaliex biż-żieda ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti hemm bżonn iktar koordinament bejn produtturi differenti.

Tags