“Aħna nemmnu fl-individwu għaliex kull individwu huwa importanti – u huwa essenzjali li kull persuna jgawdi l-milja tal-ħajja u jkun kuntent. Dan il-kunċett li jemmen fiha l-Partit Nazzjonalista”
Dan kien il-messagg li wassal il-Vici Kap tal-PN David Agius, il-Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja waqt it-tnedija tal-proġett ‘Ċavetta għall-Futur’, ikkumisjonat mill-kummissjoni għad-drittijiet ta’ persuni b’dizabbilita’ u mill-Universita ta’ Malta.
Dan il-proġett innovattiv jikkonsisti f’10 video CVs li juru l-kapaċitajiet u l-potenzjal ta’ 10 persuni b’diżabilità intellettwali.
David Agius, saħaq li għalkemm sar ħafna xogħol f’dan is-settur, fadal ħafna aktar xi jsir għall-persuni b’dizabbilita’ intelletwali, u hu .. flimkien mal-bqija tal-PN ser jkun qed jaħdem sabiex i]ares il-bżonnijiet baziċi ta’ dawn l-individwi.
Samantha Pace Gasan il-kummisarju għall-persuni b’dizabilita’ saħqet li l-għan ta’ dan il-proġett huwa li jisfida l-perċezzjonijiet żbaljati dwar in-nuqqas ta’ abbiltajiet f’persuni b’diżabilità intellettwali…. partikolarment fejn jidħol ix-xogħol.
Il-membri tal-kummissjoni għad-drittijiet ta’ persuni b’dizabbilita’ flimkien mall-membri tal-Universita’ ta’ Malta saħqu li dawn il-video CVs se jintużaw bħala parti minn pakkett ta’ riżorsi online li juri l-potenzjal tal-parteċipanti, kif ukoll joħloq riżors għal min iħaddem u professjonisti varji biex japprezzaw il-kapaċitajiet ta’ persuni b’diżabilità intellettwali.
Dawn il-video Cvs, ser ikunu disponibbli fuq il-YouTube channel u l-Facebook tal-Universita u s-CRPD.