Meta ninsabu elf ġurnata ‘l bogħod mill-ftuħ tal-fażi finali tatl-Kampjonati tal-Ewropa tal-UEFA li għandhom isiru fil-Ġermanja fl-2024, fl-Istadium Olimpiku ta’ Berlin saret il-preżentazzjoni uffiċjali tal-logo li ser jintuża għall-din l-edizzjoni. Il-preżentazzjoni saret mill-eks captain tat-tim Nazzjonali tal-Ġermanja Philip Lahm li iritira mill-football fl-2017 fejn issa huwa ir-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni.
Preżenti wkoll l-ambaxxatriċi tal-UEFA Celia Sasic. Din se tkun l-ewwel darba li l-Ġermanja se torganizza fażi finali li għandha ssir bejn is-7 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Lulju 2024. Fl-1988 kienet il-Germanja tal-Punent li organizzat dik l-Edizzjoni. Għall-2024 se jintużaw għaxar stadiums fosthom l-Istadium Olimpiku ta’ Berlin u l-Allianz Arena ta’ Munich li fl-aħħar edizzjoni tal-Euro2020 organizzat tlett partiti kif wkoll partita mill-kwarti finali.
//= $special ?>