Futbol Sport

It-tim ta’ taħt id-19-il sena b’telfa kontra l-Ukrajna

Ukrajna…………………….4

Malta………………………..2

Ukrajna: A. Buleza, Y. Gunichev (A. Mykytyshyn 46′), M. Khromey (I. Losenko 46′), E. Kozik, N. Malysh (D. Udod 79′), M. Mampasi, O. Ocheretko (D. Khrypchuk 65′), D. Shostak, D. Tvardovskyi, N. Voloshyn (R. Nepeipiev 69′), Y. Yarmolyuk

Malta: B. Borg (A. Spiteri 89′), N. Cross (J. Valletta 63′), I. Cutajar, M. Dale (N. Agius 63′), Z. Leonardi, J. Micallef, N. Micallef (M. Gambin 63′), R. Micallef, M. Spiteri, N. Sultana (J. Crossey 81′), A. Zammit

Referee: D. Draganov

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena tilef l-ewwel partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Ukrajna bl-iskor ta’ 4-2. Minkejja li t-tim Malti mar fil-vantaġġ, l-Ukreni kienu aktar b’saħħithom għaż-żagħażgħ Maltin.

It-tim Malti fetaħ l-iskor wara biss seba’ minuti permezz ta’ Nathan Cross. L-Ukrajna wettqu reazzjoni mmedjata u ġabu l-iskor indaqs fit-13-il minuta permezz ta’ penalty ta’ Mykhaylo Khromey. Fis-36 minuta, it-tim Ukren għamilhom 2-1 permezz ta’ Yegor Yarmolyuk.

Fit-tieni taqsima, l-Ukrajna komplew jiddominaw u kien Denis Shostak li għamilhom 3-1 fil-55 minuta. Il-Maltin daħlu fil-partita meta naqsu l-iskor fit-58 minuta permezz ta’ Brooklyn Borg, biex fil-65 minuta kien għal darb’oħra Shostak li reġa fetaħ vantaġġ doppju għall-Ukrajna.