Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella għal riformi immedjati fil-mod kif jopera l-parlament.
Fil-parlament Karol Aquilina qal li s-sitwazzjoni hi llegali għaliex fil-liġi tal-finanzjament tal-partiti suppost li kien hemm trattament ġust bejn il-partiti. Is-sistema qed tbiegħed lid-deputati ‘l bogħod mill-parlament għaliex dawn aktar moħħhom biex jerġgħu jkunu eletti milli x’jagħmlu meta jkunu deputati. Din hi traġedja għaliex il-qofol ta’ deputat hi l-ħidma fil-parlament.
Hu qal li hemm deputati tal-Gvern li ma jagħtu l-ebda kontribut parlamentari u ministri li ma jgħtu l-ebba tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari. Il-parlament hu għar minn dak li kien qabel, sostna Karol Aquilina, li kompla li hemm ukoll il-kwistjoni tad-depuati tal-gvern li qed jingħatw karigi fittizji biex dawn jinżammu kuntenti.
Deputati partikolari ingħata kariga biex ikollu xufier iwasslu għaż-żjarat fid-djar. Hemm kumitati tal-parlament huma maħkuma mill-gvern.
Karol Aquilina ppropona li l-kumitat parlamentari għandhom ikunu preseduti minn deputati tal-Oppożizzjoni għaliex hemm kumitati li mhux jiltaqgħu.
Hu qal li l-ministri ma jimpurthom xejn mill-parlament; din hi sitwazzjoni gravi. Il-ministri apposta mhux qed jattendu meta jkollhom iwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari huma. Wasal ukoll iż-żmien li l-Kummissarju għall-Istandards jieħu azzjoni meta l-ministri ma jweġbux.
Id-dpeutat Nazzjonalista kompla li l-ministri iktar interessati fil-konferenzi tal-aħbarijiet milli jmorru fil-parlament u jispjegaw; id-dibattitu parlamentari spiċċa. Il-ministri qed jiżgwidaw lill-Kamra bit-tweġibiet parlamentari tagħhom.
Il-pajjiż ma jaffordjax li d-deputati li se jkunu eletti fl-elezzjoni ġenerali li jmiss se jkun ikbar iżda se jkollhom l-istess problemi; għalhekk il-bidliet għandhom isiru isiru issa biex il-parlment ikun effettiv u jirrapreżenta lin-nies.
Karol Aquilina tkellem dwar il-privileġġi parlamentari u qal li dan qed ikun abbużat; kif sar fil-każ tal-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi li ma deherx quddiem il-PAC. Hu qal li hemm linji gwida li jgħidu li deputati jistgħu ma jitilgħux quddiem il-kumitati parlamentari.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din hi regola bla sens għaliex hu propju fil-parlament fejn id-deputati jridu bilfors jitkellmu. Wasal iż-żmien li jkunu riveduti l-linja gwida f’dan is-sens, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>