“Kull persuna għandha dritt għad-dinjita tagħha… it-300 persuna li bħalissa huma bla saqaf fuq rashom ukoll għandhom id-dritt li jgħixu b’mod dinjituż”.
Illum il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar Ivan Bartolo għamlu żjara fis-soup kitchen… binja fi Triq Sant Ursola fil-Belt Valletta li ta’ kuljum toffri ikla sħuna lil dawk kollha li m’għandhomx saqaf fuq rashom kif ukoll li ma jisgħux ilaħħqu mal-ħajja. Servizz li jingħata mingħand madwar 60 vountier u 2 ħaddiema bil-prodotti kollha jkunu provduti b’xejn minn diversi kumpaniji.
Mal-wasla tiegħu, huwa ntlaqa’ mid-Direttur Fr Marcellino Micallef u mill-Viċi Direttur il-Professur Alexiei Dingli. Huma spjegaw is-servizz li jingħata f’dn il-binja fejn ta’ kuljum toffri bejn 50 u mitt ikla lill-persuni li jmorru għandhom. Persuni li l-maġġor parti tagħhom għandhom problemi ta’ saħħa mentali.

Min-naħa tiegħu, il-Professur Alexiei Dingli spjegalna xi pjanijiet għandhom għall-futur hekk kif l-għadn prinċipali tagħhom hywa li jagħtu tama lil dawk li jinsabu fil-periferija tas-soċjetà.
Huma saħqu li l-isforzi kollha tal-politiċi għandhom ikunu indirizzati lejn dawk kollha li jitolbuna l-għajnuna. Hekk kif huwa dmir tagħna li nisimgħuhom u ngħinuhom u nitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem fuq kemm huwa kruċjali li l-Gvern jindirizza l-problema tal-faqar. Dan hekk kif il-problema tal-faqar hija problema li taffettwa lil diversi familji, ħaddiema u anzjani li qed isibuha diffiċli biex jaslu sal-aħħar tax-xahar. Apparti din il-problema, hemm ukoll il-problema tas-solitudni li wkoll qed taffettwa lil ħafna persuni.