Futbol Sport

L-MFPA u l-MFA jilħqu ftehim dwar il-kundizzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

L-MFPA u l-MFA laqħu ftehim dwar il-kundizzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa. Numru ta’ diskussjonijiet bejn l-MFPA f’isem il-players u l-MFA irriżultaw f’kundizzjonijiet aħjar għall-players tat-tim Malti.

B’dan il-ftehim, il-players se jkunu koperti meta jweġġgħu mat-tim nazzjonali kif ukoll se jkollhom flokkijiet u materjal ieħor personalizzat.

It-tim tan-nisa se jkollu wkoll dressing rooms ddedikati għalih qabel il-partiti internazzjonali u ntlaħaq ukoll ftehim biex il-players jitħallsu b’mod xieraq waqt il-partiti internazzjonali. Il-President tal-MFPA Anthony Galea qal li dan il-ftehim huwa wieħed importanti u huwa pass importanti lejn aktar ugwaljanza fil-futbol tan-nisa.

It-tim Malti se jkunu qed jilgħab kontra r-Russja u l-Azerbaijan aktar tard dan ix-xahar.