Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żewġ Atleti tal-iscooter Maltin ikkompetew għall-ewwel darba f’avveniment internazzjonali li seħħ f’Barċellona bejn l-24 u s-26 ta’ Settembru. Is-serje Urban World hija festival tal-istreetsport li jinkludi sport bħal BMX, Skateboarding, Scooter, basket 3×3, li wħud minnhom saru Sports Olimpiku f’dawn l-aħħar snin. Daniel Grech u Shaun Alfala ħadu sehem fil-kampjonat uffiċjali dinji tal-iscooter, fejn ikkompetew l-aqwa atleti kollha tal-iscooter minn madwar id-dinja. Peress li kienet l-ewwel kompetizzjoni tagħhom barra l-pajjiż, huma ma kkwalifikawx fost il-quċċata biex jipproċedu aktar fil-kompetizzjoni. Madankollu, din l-esperjenza kienet ta valur għall-iżvilupp tagħhom kemm bħala persuna kif ukoll bħala atleta. Din kienet ukoll l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali li pparteċipat fiha l-Malta Street Sport Associate taħt l-umbrella tal-Malta Skate Federation.
Aktar kompetizzjonijiet huma pjanati hekk kif jerġgħu jibdew l-avvenimenti wara l-pandemija tal-Covid19. Dan l-avveniment fakkarna ukoll kemm il-livell ta’ l-istreetsport jeħtieġ li jittejjeb permezz ta’ faċilitajiet aħjar fl-Iskateparks tagħna hawn Malta. L-iskateparks lokali kollha mhumiex ta’ standard internazzjonali ghar raguni li dawn mhumiex mibnija minn kuntratturi professjonali li jispecjalizzaw bil bini ta skateparks. Id-disinn u l-kwalità t-tajba ma jistgħux jinkisbu minn bennejja tal-kostruzzjoni konvenzjonali jew dilettanti tal-isport. Għalhekk, l-assoċjazzjoni bħalissa qed jiprovaw iħeġġu aktar investimenti f’faċilitajiet professjonali ta ‘l-istreetsport biex tiżdied l-għażla ta’ l-isports disponibbli. Għażla usa ta’ sports se tinvolvi iktar żgħażagħ f’attività fiżika peress li se jkollhom iktar għażliet minn fejn jagħżlu biex jiżviluppaw il-passjoni u l-personalità tagħhom. Huwa evidenti li investimenti biss fl-isport tradizzjonali qed jirriżulta fl-esklużjoni taż-żagħżagħ li ma jhossuhomx adattati għal għażla disponibbli ta sport li hawn bħalissa.
//= $special ?>