Enerġija Lokali Parlament

“Pajjiżna jixraqlu li l-verità dwar l-Electrogas toħroġ” – PN

“Pajjizna jixraqlu li ssir ġustizzja u li l-verità toħroġ. Il-PN se jibqa’ jagħmel minn kollox biex il-verità dwar din il-korruzzjoni toħroġ, biex issir ġustizzja u biex il-poplu Malti jieqaf jinsteraq minħabba d-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista.”

Konrad Mizzi rrifjuta li jidher quddiem il-PAC.

Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) ilu ghal diversi xhur jiltaqa’, jiddiskuti, janalizza, jistaqsi u jiskopri affarijiet ġodda fuq ir-rapport dwar il-powerstation li sar mill-Awditur Ġenerali. Għal diversi xhur, intalbu nies jidhru quddiem dan il-kumitat u kienu mistoqsija fuq il-konkluzjonijiet ta’ dan ir-rapport.

B’mod naturali, l-persuna li kienu imiss, kien Konrad Mizzi li jitqies bħala l-arkitet tal-proġett tal-powerstation li huwa monument tal-korruzzjoni tal-Gvern Laburista.

Mizzi huwa l-persuna li kien inkarigat minn Joseph Muscat u l-konsulent tiegħu Robert Abela biex issir din il-powerstation li llum nafu li hija kobba imħabbla, intenzjonalment magħmula biex jaqilgħu l-miljuni il-ħbieb tal-Partit Laburista, miljuni li għadhom jinsterqu sal-lum.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputati Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus, li kiffurmaw parti mill-PAC, ingħataw dettalji dwar din l-aħħar mossa ta’ Konrad Mizzi u n-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tal-Gvern Laburista.

Beppe Fenech Adami spjega kif dan il-kumitat kellu l-intenzjoni li jistaqsi lil Konrad Mizzi biex jispjega l-konklużjunijiet tal-Awditur Ġenerali. Hu spjega kif pajjiżna qed iħallas 40 miljun Ewro żejda fis-sena. Konrad Mizzi qed jirrifjuta li jiddefendi l-ikbar progett li kien responsabbli għalih hu u dan ipoġġi responsabiltà fuq il-Prim Ministru tal-istess Gvern li mexxa dan il-proġett. Beppe Fenech Adami wassal l-appell tiegħu wkoll lil diversi istituzzjonijiet fosthom il-Korp tal-Pulizija biex jinvestigaw il-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar dan il-proġett u ħafna aktar dettalji li ilhom joħorġu dwar l-Electrogas.

Karol Aquilina saħaq li llum għandna sitwazzjoni fejn Konrad Mizzi qed jammetti li għandu bizgħa kbira jitkellem dwar il-progett li kien il-baby tiegħu għaliex huwa “politku diżonest, korrott, dahru mal-ħajt.” Hu spjega li kieku Konrad Mizzi mar quddiem il-PAC kien ikollu jagħmel sigħat jirrispondi dwar pjan li għamlu l-Labour u ħbieb taħghom biex jaqilgħu l-miljuni huma. “Konrad Mizzi kien jgħid li se jwieġeb kollox.. mogħti din l-opportunità, irrifjuta li jwiegeb mistoqsijiet ovji għal kulħadd, li aħna obbligati li nagħmlu

Ryan Callus spjega kif il-poplu Malti u Għawdxi qed jinsteraq minħabba d-deal li għamel Konrad Mizzi u l-Partit Laburista. Il-Gvern Laburista rabatna biex nixtru 70-80% li tipproduċi l-Electrogas. Din ir-rabta tfisser li aħna qed inħallsu anke meta ma nużawx l-enerġija ġġenerata mill-Electrogas.

Hemm mumenti fejn l-interconnecter ikun irħas mill-Electrogas. Fuq perjodu ta’ sena u nofs ħallasna aktar minn 10 miljun Ewro għax il-Labour u Konrad Mizzi ġeluna nħallsu iktar. Kieku dan ma sarx, il-kont tagħna kien ikun irħas. Konrad Mizzi berbaq 10 miljun Ewro fi proġett fil-Montenegro. Ġimgħatejn wara li l-progett kien jiswa 7 miljuni iinqas. L-Enemalta ħalset dan mill-flus tagħna.

Ryan Callus spjega kif kull kont tad-dawl kellu jkun 60 Ewro irħas. “Konrad Mizzi ħafer 40miljun Ewro f’taxxa lill-Electrogas. Il-kont tad-dawl tiegħek, kellu jkun 230 Ewro irħas, għal kull familja.” Meta giet privatizzata parti mill-Enemalta liċ-Ċiniżi u tlifna d-deċiżjonijiet li nraħħsu l-kontijiet, kien hemm rapporti ta’ kickbacks, li aħna ħallasna għalihom mill-kontijiet tagħna.

Konrad Mizzi għamel ftehim sigriet ma’ Joseph Muscat biex jinxtara l-gas mis-Socar. F’dan id-deal pajjiżna tilef 14-il miljun Ewro ta’ gas li nxtara bl-għoli, anke ‘The Guardian’ qalet li qed nħallsu 7 darbiet aktar minn pajjiżi Ewropej. Minħabba f’hekk ukoll, il-kont tad-dawl tiegħek qed jiġi għola minn dak li suppost hu.

Ryan Callus saħaq li minkejja li Robert Abela neħħa lil Konrad Mizzi mill-Grupp Parlamentari, l-aġir u d-deċiżjonijiet ta’ Konrad Mizzi għadhom qatt ma kienu kkundannati u l-kontijiet għoljin baqgħu ma wiċċna. “Is-soluzzjoni hija l-bidla li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista.”