Wara t-telfa li sofrew fis-semifinali tal-Euro 2020, Spanja se jaffrontaw lill-Italja fl-ewwel semifinali tal-UEFA Nations League 2020/21. It-tim immexxi minn Luis Enrique temmew fl-ewwel post fir-raba’ Grupp fil-League A, filwaqt li champions Ewropej ilhom sitt logħbiet ma jitiflu fl-ewwel Grupp minn League A.
It-tim immexxi minn Roberto Mancini għandu wkoll ir-rekord tal-aktar partiti mhux megħluba, 37 partita, bl-aħħar partita tagħhom tintemm f’rebħa ta’ 5-0 kontra l-Litwanja. Min-naħa l-oħra Spanja naqqsu milli jirrispondu għad-disfatta tagħhom fil-Euro 2020 hekk kif tilfu 2-1 kontra l-Iżvezja, iżda kisbu rebħiet konvinċenti kontra l-Ġorġja u l-Kosovo.
Spanja rebħu biss konfront wieħed mill-aħħar ħames partiti kompetittivi kontra l-Italja, fejn ilhom aktar minn 40 sena ma jirbħulhom fl-Italja stess.
Il-partita se tintlagħab fi Stadio Giuseppe Meazza fid-8.45pm.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum: Italja v Spanja 8.45pm
Għada: Belgium v Franza 8.45pm
//= $special ?>