Malta……………………….1
Turkija……………………..6
Malta: D. Vella, K. Vella (J. Mallia 80′), J. Ohaka (M. Micallef 46′), S. Xerri, I. Farrugia (A. Apap-Bologna 80′), I. Chukunyere, L. Caruana, K. Fenech (T. Cachia 68′), E. Attard, Z. Barbara, R. Caruana (K. Leonardi 46′)
Turkija: M. Bayram, A. Bulbul, E. Koyuncu (A. Kirgil 63), H. Kayali, M. Arikan (C. Uzun 63′), F. Yontem (K. Yildiz 46′), E. Bars (E. Kayar 63′), E. Acar, A. Guler, S. Kilicsoy (S. Sonmez 91′), B. Celik
Referee: R. Valikonis
Fil-partita inawgurali mit-tournament ta’ kwalfiikazzjoni ta’ taħt is-17-il sena li qed jintlagħab f’pajjiżna, it-tim Malti kien megħlbu mit-Turkija bl-iskor ta’ 6-1. Ir-rebħa għat-Turkija kienet waħda meritata hekk kif kienu l-aktar tim li ħoloq ċansijiet perikolużi kif ukoll huma wieħed mit-timijiet favoriti li javvanza għall-fażi li jmiss.
Fl-ewwel taqsima, iż-żagħżagħ Maltin sabuha diffiċli sabiex jattakkaw bit-Torok jifħtu l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ Semih Kilicsoy. Fil-31 minuta, it-Turkija rduppjaw meta kien Emirah Acar fejn wara li l-ewwel tentattiv tiegħu ħabat mal-lasta, mit-tieni okkażjoni ma żbaljax. Sitt minuti wara Arda Guler għamilhom 3-0 b’konklużjoni angolata.
Fit-tieni taqsima, it-tim Malti ħareġ aktar fuq l-offensiva, iżda fis-57 minuta, it-Turkija skorjaw ir-raba’ gowl b’konklużjoni mill-viċin ta’ Guler li skorja t-tieni gowl tiegħu f’din il-partita. Il-Maltin naqsu l-iskor fis-67 minuta meta kien Zak Barbara li kkonkluda wara xogħol tajjeb ta’ Myron Micallef. It-Turikja iżda reġgħu fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowl fit-78 minuta meta kien Kilicsoy li skorja gowl ieħor minn corner. Fil-ħin mogħti żejjed, kien Acar li għamel l-iskor finali 6-1.
It-tim Malti jilgħab it-tieni partita minn din il-kompetizzjoni, nhar is-Sibt kontra d-Danimarka.
//= $special ?>