Coronavirus Lokali

COVID-19: 19-il każ ġdid; tiżdied persuna fl-ITU

Fl-aħħar sigħat l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li iddaħħlet persuna oħra fl-Isptar Mater Dei u qed tinzamm fit-taqsima tal-kura intensiva tal-Isptar. B’hekk il-persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei issa telgħu għal 9.

Ċifri ppublikati mill-Ministeru għas-Saħħa spjegaw li l-ammont ta każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa tela’ għal 19. B’hekk, il-każi attivi issa nizel għal 271. Dan filwaqt li kienu 15 il-persuni li fiequ mill-virus bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

Ta’ min wieħed jinnota li sal-jum tal-Erbgħa, f’Malta ingħataw 20,048 booster tal-vaċċin.

Il-Ministru Fearne qal waqt konferenza stampa li l-booster tal-vaccine qed juri riżultati pożittivi. Intqal ukoll li mill-bidu ta’ Diċembru l-health care workers, spiżjara, għalliema, u residenti fl-istituzzjonijiet madwar Malta u Għawdex mistennija li jingħataw il-booster.

U mill-ġranet li ġejjin, dawk it-tfal li jiltaqgħu ma’ każ pożittiv għall-COVID-19 mhux se jibqgħu jagħmlu erbatax-il ġurnata kwarantina. Dan il-perjodu se jonqos għal sebat ijiem u japplika għal tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu mlaqqma b’mod sħiħ.

Ikkummenta