Mhux xieraq li t-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu qed jintużaw mill-Partit Laburista biex il-PBS ikun replika tas-Super One. Li dak li suppost hu x-Xandir Nazzjonali jitmexxa b’mod daqstant politikament inġust jiġri biss f’pajjiżi dittatorjali bħall-Korea ta’ Fuq.
Dan kien il-messaġġ li wasslet l-għaqda Team Start PN quddiem il-bini tal-PBS fi Gwardamanġa fi tmiem mixja silenzjuża u b’banner li juri l-logo tal-media Laburista, f’messaġġ li jixhed ir-relazzjoni bejn iż-żewġ stazzjonijiet.
Il-President ta’ Team Start PN Eve Borg Bonello qalet li l-Gvern Laburista kisser u farrak kull istituzzjoni, fosthom ix-Xandir tal-Istat stess, filwaqt li nnutat kif il-programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti tax-Xandir tal-Istat issa qed jitmexxew minn Norma Saliba.
Fakkret kif dan kollu qed iseħħ ftit ġimgħat biss wara li l-Gvern Laburista nstab ħati f’Inkjesta Pubblika, dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li kkastigat lix-Xandir tal-Istat bħala mhux imparzjali.
//= $special ?>