Lokali

Jeħdulha l-parokka fil-ħabs “għax hawn mhux karnival”

Peppi Azzopardi qed jitlob li jiġi investigat inċident li allegatament seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

F’post fuq Facebook, Azzopardi jitlob li l-awtoritajiet jivverifikaw każ fejn persuna trans itteħditilha l-parrokka għax qalulha li l-ħabs mhux karnival.

Il-każ allegatament ġara fis-sezzjoni tan-nisa fil-Ħabs ta’ Kordin.

Azzopardi lbieraħ ħareġ ukoll intervista ta’ eks ħabsi li rrakkonta kif ġie marbut mas-siġġu tat-torturi għal tmien sigħat u tħalla hemm bil-għatx mid-Direttur tal-Ħabs.