Futbol Sport Sport Ieħor

Leeds United Supporters Club b’attivita’ tal-għoti tad-demm

Leeds United Supporters Club Malta se jorganizzaw attivita’ fis-16 ta’ Ottubru fejn membri u familjari se jkunu mħeġġa’ biex jagħtu d-demm. L-attivita’ se ssir biex tfakkar l-anniversarju ta’ meta fforma il-club ta’ Leeds United FC, fis-17 ta’ Ottubru tal-1919.

L-attivita’ se ssir nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru fid-9.00am. Dawk li huma nteressati għandhom jibgħatu messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Leeds United Supporters Club jew iċemplu fuq 79734701.