It-tim Ingliż tal-Premier League Newcastle United, inxtraw minn investituri mill-Istat tal-Arabja Sawdija għas-somma ta’ £305miljun. Il-Premier League awtorizzaw il-bejgħ ta’ Newcastle fuq il-kundizzjoni li l-Istat tal-Arabja Sawdija ma jiffinanjzax lill-istess club. Minkejja dan, iċ-chairman tal-konsorzju li xtara lil Newcastle, Public Investment Fund (PIF), huwa wkoll il-prinċep tal-Arabja Sawdija, il-prinċep Mohammed bin Salman. Il-konsorzju huwa magħmul ukoll minn PCP Capital Partners u RB Sports & Media, flimkien mal-Public Investment Fund.
B’hekk ġiet fi tmiemha l-esperjenza ta’ Mike Ashley fit-tmexxija ta’ Newcastle United wara aktar minn 14-il sena. Il-konsorjzu li issa għandu f’idu lil Newcastle United għandu assi ta’ ‘l fuq minn £250biljun, li jagħmel lil Newcastle United wieħed mill-aktar clubs sinjuri fid-dinja. Intant, kienu bost l-partitarji ta’ Newcastle li ħarġu jiċċelebraw fit-toroq ta’ Newcastle wara li tħabbar li ntlaħaq ftehim biex dan il-konsorzju jieħu f’idejh it-tim tagħhom.
//= $special ?>