Coronavirus Lokali

Possibiltà li t-tfal ikunu jistgħu joqogħdu bla maskra fl-iskejjel wara l-vaganzi tal-Milied

F’konferenza stampa li saret mill-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne tħabbar li bħalissa qed tkun studjata s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna biex eventwalment tittieħed id-deċiżjoni jekk tkun għaqlija li jitneħħew il-maskri fl-iskejjel. Madanakollu, dan żgur mhux se jsir qabel il-vaganzi tal-Milied.

Dwar miżuri fir-rigward tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, Fearne qal li wara l-avveniment b’test li se jsir il-Ħamis, huma se jkunu qed jeżaminaw dak li se joħroġ minn din l-attività u jorbtu l-miżuri skont dan.

Tħabbar ukoll li t-tfal se jibdew jingħataw il-vaccin tal-Influwenza f’forma ta’ spray minflok injection.

Hemm biża’ li Malta għad tara żieda fil-każijiet tal-COVID matul ix-xhur tax-xitwa?

  • Il-Ministru Fearne qal li fix-xhur tax-xitwa qed jistennew żieda fil-każijiet, b’mod speċjali issa li l-iskejjel reġgħu fetħu.

Il-maġġoranza assoluta tar-ristoranti xorta ma jridux jaċċettaw biss lil dawk vaccinati. Tinkwetakom?

  • Fearne naqas milli jwieġeb din il-mistoqsija iżda għall-kuntrarju nfexx f’attakki partiġjana. Hu qal biss li kien biss 20-il stabbiliment li applikaw għal din l-inizzjattiva li fetħet għall-applikazzjoni mill-bieraħ.

X’qed tagħmlu biex itejbu l-fatt li nies qed iħossu li bil-vaċċin is-sitwazzjoni ma nbidlitx wisq?

  • L-istess għal din il-mistoqsija, Fearne kompletament taha l-ġenb.

Meta se jingħata l-booster lill-kumplament tal-popolazzjoni?

  • Fearne ma tax żmien meta l-popolazzjoni se tkun qed tingħata invit biex tieħu l-booster. Hu biss fiċ-ċert li mill-bidu ta’ Diċembru dawk li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, u għalliema se jkunu qed jingħataw il-booster. Dan ifisser li l-kumplament tal-popolazzjoni m’għandhomx jistennew li jieħdu l-booster qabel is-sena d-dieħla.