Knisja Lokali

Rapporti jindikaw li l-Papa mhux ġej Malta din is-sena

Dalgħodu, il-ġurnal Times of Malta żvela li ż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta mhix se ssir din is-sena.

Skont ir-rapporti fil-gazzetti, ir-raġuni li ż-żjara ġiet postposta kienet minħabba tħassib li jistgħu jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna, kif ukoll il-possibbiltà li titħabbar elezzjoni ġenerali bikrija – xi ħaġa li, skont it-Times, għadha qed tiġi kunsidrata minn Kastilja.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li ż-żjara f’Malta ma ġietx imħassra, iżda posposta.

Din tal-Papa Franġisku – tiġi meta tiġi – għandha tkun ir-raba’ żjara uffiċjali ta’ Papa f’Malta wara ż-żewġ żjarat tal-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Benedittu XVI.

Fiż-żjara tiegħu f’Malta l-Papa Franġisku huwa pjanat li jżur diversi postijiet, inkluż Għawdex.