Lokali

Sewwieq ta’ 86 sena l-isptar wara inċident tat-traffiku

Anzjan ta’ 86 sena ġie rikoverat l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż Żebbuġ.

Il-Pulizija kienu infurmati li f’xi l-10.15am kien seħħ inċident fi Triq Ħ’Attard f’Ħaż Żebbuġ u kif waslu sabu li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa mir-raġel ta’ 86 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Lija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-Mazda l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ikkummenta