Ekonomija Lokali

Anke l-istatistika tal-Gvern tikkonferma żieda fl-indiċi tal-prezzijiet

Ċifri maħruġa mill-NSO għax-xahar ta’ Frar jikkonfermaw li l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi f’pajjiżna qed ikomplu jiżdiedu. Fil-fatt, l-istatistika turi li minn 0.4 fil-mija f’Awwissu, l-Indiċi tal-Prezzijiet żdied għal 0.7 fil-mija x-xahar li għadda.

Skont l-NSO, l-akbar żidiet kienu fil-prezz tal-ikel, fl-ispejjes tal-edukazzjoni u l-iskola, prezzijiet tal-ħwejjeġ, appliances tad-dar, għamara u anke spejjes relatati ma’ saħħa.

Il-prezzijiet ilhom jiżdiedu, xahar wara l-ieħor, sa minn Frar li għadda.