Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 24 każ ġdid… 8 persuni l-Isptar

Fl-aħħar sigħat kienu rrappurtati 24 każ ġdid pożittiv għall-COVID, filwaqt li fiequ 13-il persuna oħra. Dan iwassal biex in-numru ta’ każijiet attivi jitla’ bi ftit għal 282.

Bħalissa hemm tmien persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’persuna waħda biss tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensivi.

It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 459.

S’issa ngħataw 836,414-il doża tal-vaċċin, 21,421 huma dożi tal-booster.