L-inċident fatali permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina li ħasad il-ħajja tal-imprenditur Hugo Chetcuti dam biss tmien sekondi. Dan ħareġ hekk kif il-ġurati fil-proċess ta’ Bojan Cmelik intwerew filmati tas-CCTV miġbura minn diversi ħwienet tad-divertiment fl-inħawi ta’ St Rita’s Steps f’Paceville.
L-espert forensiku tal-IT Dr Martin Bajada wera lil ġurija filmati ta’ Cmelik miexi fit-tojlits ġewwa Hugo’s Pub u jitlaq għal St. Rita’s Steps. Cmelik jidher iħaddan lil Chetcuti u jagħmel numru ta’ movimenti f’daqqa, wara li Chetcuti waqa’ mal-art. Wara d-daqqiet ta’ sikkina, Cmelik jidher sejjer lejn iż-żona tal-Burger King ta’ Paceville, segwit minn numru ta’ nies. Bajada qal lill-ġurija li l-ħin meħud minn Cmelik li daħal fil-pub u l-kamra tal-banju sal-ħruġ tiegħu kien ta’ seba’ minuti. Huwa qal li l-filmat wera li l-inċident tad-daqqiet ta’ sikkina ħa biss tmien sekondi.
Cmelik kien qed iħuf fil-lobby tal-lukanda Hugo’s wara nofs inhar u tard filgħaxija agredixxa lil Hugo Chetcuti
“Bojan Cmelik kien qed iħuf fil-lobby tal-lukanda Hugo’s Boutique Hotel bejn it-3.00pm u l-4.00pm. tas-6 ta’ Lulju tal-2018. Dak il-ħin ma kontx naf min hu. Ippruvajt inkun kordjali miegħu, bħal ma nagħmlu ma’ kulħadd fil-lukanda, iżda tagħni ħarsa stramba, u għedt forst dan ir-raġel kellu ġurnata ħażina. Kien liebes kappell tat-tiben u raġel twil u mibni.
“Wara għall-ħabta tal-10.30pm rajtu jmur jgħannaq lil Hugo Chetcuti u jagħtih bis-sikkina. Mad-daqqa Hugo, għolla l-flokk u mill-parti tal-istonku tiegħu beda ħiereġ id-demm. Hemm għamilt il-konnessjoni u ndunajt li kien l-istess persuna li rajt fil-lukanda.
“Morna nġibu l-‘paper towels’ u Chetcuti beda jgħajjat biex xi ħadd imur jiġri warajh. Minħabba li kien hemm ħafna nies ma stajniex nistennew l-ambullanza u ttieħed b’taxi l-isptar. Kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajti u wara din ix-xena għamilt ġimgħa ma nitkellimx.”
Viżibilment emozzjonata u mbikkma Caroline Barbara, xehedet li hija il-General Manager ta’ Hugo’s Boutique Hotel. Qalet li kellha relazzjoni ta’ negozju ma’ Hugo Chetcuti. Qalet li tiftakar li kienet il-ġurnata tal-Ġimgħa, 6 July fejn kienet qed issir l-edizzjoni tat-tazza tad-dinja tal-futbol.
Qalet li l-hotel lobby kien vojt u l-akkużat qagħad bilqiegħda. Tenniet li dan inhar kien hemm l-inawgurazzjoni ta’ ristorant ġdid. Kienu ltaqgħu hemm ftit qabel ma kellu jiftaħ, fost il-persuni kien hemm ukoll diversi membri tal-familja Chetcuti. Kien hemm diversi Managers u Hugo, inniffsu u ħuh Isaac fost nies oħra.
Caroline Barbara qalet li Hugo, bħal soltu kien f’burdata tajba, dejjem jgħidilna ċ-ċajt. Kien raġel ferħan ħafna. “Kien qed jieħu sigarett u jien kont barra. Rajt raġel twil u hawn skoprejt li kien l-istess wieħed li rajt wara nofs inhar. Kont qed naħseb li Cmelik kien qed jgħannqu, kif wara kollox kien qed jagħmel Hugo. Imma aggredih b’sikkina.
“Dan ir-raġel telaq jiġr u Hugo beda jgħajjat biex xi ħadd isegwih. Poġġejnih fuq is-seat ta’ taxi u ħaduh l-isptar”, qalet ix-xhud. Hawn il-marixall tal-Qorti were lil Barbara, l-kappell tat-tiben, flokk blue u bermuda, li hija għarfet li kienu kollha mlibbsa mill-akkużat dak inhar tal-attakk.
Hija qalet li wara marret lura fil-lukanda u ħassitha ma tiflaħx ħafna. Qalet li dik kienet l-aħħar lejla li kellmet u rat lil Hugo Chetcuti.
Hugo Chetcuti għajjat għajta hekk kif l-akkużat kien qed jaħrab minn fuq il-post
Isaac Chetcuti li jiġi ħu Hugo Chetcuti ż-żgħir qal fil-Qorti li hekk kif Boran Cmelik kien qed jiġri wara li għallaq u ta daqtejn ta’ sikkina lil ħuh, huwa sema l-għajta ta’ ħuh. Ir-reazzjoni ta’ ħuh wara l-attakk kienet li ntrewa ‘l quddiem. Dak il-ħin huwa kien qiegħed bilqiegħda f’tarf ta’ banketta. Il-vittma dlonk għajjat ‘taqqabni’. Sadanittant ix-xhud imbikkem fuq il-pedana tax-xhieda qal ukoll li meta kien mar jara lil ħuh l-isptar kien qallu mbikkem, ‘ma nafx għaliex għamilli hekk, ma nafux.’
Fuq l-inċident inniffsu wara li qala daqqiet ta’ sikkina Isaac qal li kien induna li kien hemm xi ħaġa ħażina u daħal bejn dan il-persuna li ta d-daqqiet ta’ sikkina u Hugo. Wara, dan il-persuna tela’ jiġri fid-direzzjoni ta’ Hugo’s Pizza & Pasta u Hugo’s Boutique Hotel. Isaac Chetcuti spjega kif dak il-ħin sema’ l-għajta ta’ ħuh u dan beda jżomm miegħu.
Ħu Hugo Chetcuti spjega li hu telaq jiġri warajh u baqa’ jsewgih quddiem Bobby’s Tattoo. Qal li miegħu kien hemm persuni oħra li kienu qegħdin jiġru warajh. Imbagħad wara qal li mhux se jleħħaq jiġri miegħu għax jiġri ħafna u dar lura biex jara kfi inhu ħuh. Wara ċempel 112 fejn infurmahhom li ħuh sofra xi daqqiet ta’ sikkina, fejn wara waslu l-karozzi tal-Pulizija fuq il-post.
Hemmhekk tkellem mal-Pulizija fejn spjega li dan il-persuna li ta d-daqqiet mar jiġri fid-direzzjoni ta’ Spinola u spjega li kien liebes qmis blu u kappell isfar qisu tat-tiben. Hemmhekk huwa kien infurmat li Hugo Chetcuti ttieħed l-isptar, u wara ċempel lit-tifel tiegħu Luke Chetcuti li kien qiegħed imsiefer. Wara, ħu Hugo Chetcuti qal li hu mexa lejn il-karozza wara dan kollu, u saq lejn l-isptar.
Dan ħareġ fir-raba jum tal-ġuri li qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja fejn Bojan Cmelik ta’ 38 sena mis-Serbja qed jiġi mixli bil-qtil tal-imprenditur hugo Chetcuti ta’ 52 sena, f’Lulju tal-2018. Sadanittant il-partijiet qablu li s-Sibt se jsir l-aċċess fuq il-post tal-inċident s-Sibt, 9 ta’ Ottubru fid-9.00am.
Fix-xhieda tiegħu Isaac Chetcuti qal li għall-ħabta ta’ 8.00pm hu wasal Paceville fejn ipparkja fil-garage viċin il-Hugo Hotel il-ġdida. Minn hemmhekk, mexa lejn Seafood and Cocktail Bar. Hemmhekk ra lil-ħuh u filfatt qal li hu kien minn tal-aħħar li wasal fuq il-post, fejn wasal ma’ oħtu Cheryl Chetcuti. Isaac Chetcuti qal li Hugo mar fuqhom u offrilhom biex iduqu l-cockatils u wara poġġew bilqegħda.
Beda ħiereġ l-ikel b’ħu Hugo Chetcuti jgħid li bejn l-ikel huma bdew joħorġu barra jpejpu sigarett, u din ġrat għal kemm-il darba. Isaac Chetcuti spjega kif barra kien hemm Hugo Chetcuti kien qiegħed dahru lejn Baccos, flimkien miegħu, oħthom Cheryl u r-raġel tagħha Noel Falzon, il-foreman li jieħu ħsieb il-hotel fil-kostruzzjoni Simon, ieħor Farrugia magħruf bħala l-Gypsy li hu s-security personali ta’ Hugo Chetcuti pero wkoll ikun qiegħed fl-istabbilimenti ta’ Hugo’s.
Ħu Hugo Chetcuti spjega kif Farrugia magħruf bħala l-Gypsy li huwa l-Head of Security niżel ma’ oħthom Cheryl lejn Baccos għax hi riedet tmur fejn żewġha li huwa Manager il-Bacchus. Għalhekk baqgħu tliet minn nies: Hugo kellu dahru lejn Baccos iħares lejn l-entratura tal-istabbiliment Seafood and Cockatil, Isaac Chectui kien qiegħed fuq banketta jħares lejn Baccos il-kontra ta’ Hugo. Imbagħad qal li jiftakar lil xi ħadd jgħajjatlu Hugo, fejn ħuh ħares lejn Bar Native u hemmhekk ra lill-akkużat ġej.
Isaac Chetcuti ddeskriva lill-agressur li kien liebes qmis blu u kappell isfar. Hu rah ġej mid-direzzjoni ta’ Bar Native fit-taraġ ta’ Santa Rita ġej fid-direzzjoni tagħhom. Hawnhekk Isaac Chetcuti għamel enfażi li hi normali li jara lil ħuh Hugo Chetcuti jkellem nies, peress li jafuh ħafna nies u kif jagħmel issoltu Hugo Chetcuti ħareġ idu biex jieħu b’idejn dan il-persuna li għajjatlu. Hu resaq biex ħuh ikun jista’ jkellem lil din il-persuna.
Dak il-ħin ra lil dan il-persuna li għajjatlu kellu idu mgħollija qisu biex jgħannaq lil Hugo. Iżda imbagħad ra idu tiċċaqlaq lejn l-istonku ta’ Hugo Chetcuti. Dak il-ħin Hugo Chetcuti qam bilwieqfa minn fuq il-banketta, u ra lil dan il-persuna jagħti żewġ daqqiet ta’ sikkina b’mod veloċi fl-istonku ta’ Hugo Chetcuti.
Ħu Hugo daħal bejnu u l-akkużat
Isaac Chetcuti qal li dak il-ħin induna li kien hemm xi ħaġa ħażina u daħal bejn dan il-persuna li ta d-daqqiet ta’ sikkina u Hugo Chetcuti. Wara, dan il-persuna tela’ jiġri fid-direzzjoni ta’ Hugo’s Pizza & Pasta u Hugo’s Boutique Hotel. Isaac Chetcuti spjega kif dak il-ħin sema’ l-għajta ta’ ħuh u dan beda jżomm miegħu.
Hawn ix-xhud reġa’ beda jibki, speċjalment meta beda jimima ma’ marixall kif seħħ l-inċident. Qal li minkejja li kien tard wisq hu pprova jisseparahom. Qal li minkejja li ma kien x jafu, normali li jkellem lin-nies għax huwa bniedem umli. “Kien qiesu missieru u qed nimmissjah ħafna,” qal ħuh.
Qal li l-Ħadd filgħodu, Isaac Chetcuti kellem lil ħuh kmieni filgħodu u staqsih kif inhu, u Hugo qallu li qed iħoss uġigħ kbir u qed iħossu li qed imut. Madanakollu, Isaac Chetcuti qal li hu dejjem baqa’ jagħtih kuraġġ fejn qallu li kienju se jgħaddu minn din il-bawxata. Mistoqsi mill-Prosekuzzjoni, Isaac Chetcuti identifika u pponta lejn l-akkużat li fl-awla numru 20 tal-Qorti ikun bilqegħda fl-iżbarra bl;-Avukat tiegħu quddiemu.
Emozzjonjat u nervuż Noel Falzon li jiġi r-raġel ta’ oħt Hugo Chetcuti, u l-Manager f’Bacco ta rendikont emozzjonali tat-trawma psikoloġika li sofra b’riżultat tal-qtil ta’ Hugo, iżda wkoll ta’ kif kien ingaġġa lil Cmelik biex magħhom darbtejn, wara li keċċieh, l-ewwel għal ma jitkellimx bl-Ingliż fuq ix-xogħol u fit-tieni okkażjoni fuq l-attitudni tiegħu.
“Naf lil ħuh Adam Mitic. Huwa kien wieħed mill-aqwa bartenders tiegħi f’Bacco. Huwa talabni biex iġib lil ħuh jaħdem magħna u biex jgħallmu jkun barman. Adam qalli biex ngħinuh għax kien għadu kemm twaqqaf minn (Hugo’s) Terrace. “Hugo kien għallimna biex naħfru u nkunu ġentili.
“Tajtu ċans ieħor u spiċċa biex ħadulna” – Ir-raġel t’oħt Hugo
“Xi ħadd jagħmel xi ħaġa ħażina; inti tagħtih ċans ieħor. Kont Stupidu. Iblaħi! Idjota! ” Falzon qal hekk beda jibki u kultant iħares lejn l-akkużat minn fuq il-pedana tax-xhieda. “Ġibtu hemmhekk biex ngħallmu kif ikun barman,” qal wara li rkupra mill-biki li beda jibki.
“Kelli l-aħjar barman tiegħi, ħuh, imma ma setax jitkellem bl-Ingliż. Sibt lil dan (hawn beda jipponta lejn l-akkużat) biex joqtol żewġ għasafar b’ġebla waħda. ” Mitic kien tkeċċa l-ewwel, “tajtu ħafna opportunitajiet. Hugo qalilna biex inkunu qalbna tajba.
“Dan huwa dak li ħadulna,” qal Falzon viżibbilment emozzjonali u aġitat ħafna informa lill-Imħallef u lill-ġurija li l-aħħar darba li xehed, qabel il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Cmelik, l-akkużat kien beda jidħaq bih mill-iżbarra. “L-aħħar darba li ġejt hawn, kien qed jiddieħak bija.
“Għax din hija xi ħaġa tad-daħk .” Mistoqsi għaliex Cmelik kien tkeċċa, Falzon wieġeb li kellu 19-il impjegat f’Bacco. “Hu jaf sew li kelli Serbi, Taljani, Franċiżi, Ġappuniżi u Tajlandiżi li kollha jitkellmu bl-Ingliż. Għandi bżonn li jkolli tim … allura għamilt regola li kulħadd jitkellem bl-Ingliż.
“Kien hemm inċident fejn qal,” imgħallem, m’iniex kuntent “għax biddilt il-pożizzjoni tal-lokers. Għidtlu ħu dawk li kellek jekk dan jagħmlek kuntent. Din hija l-unika kwistjoni li kelli ma’ Bojan. “ Huwa kien waqqaf lil ħuh milli jaħdem mal-kumpanija minħabba x-xorb eċċessiv tiegħu. “Jien kont viċin tal-aħwa għax kienu ħaddiema tajbin,” qal Falzon. “Hu,” b’referenza għal Cmelik, “hu … mhux ħażin.”
“Imma waqqaftu mhux għax kien qed jitkellem bis-Serb. Jaf li jien ma keċċejtux fuq hekk. Waqqaftu milli jaħdem għax .qalli, ‘hekk irrid nitkellem bis-Serb.’ Ma għoġbitnix l-attitudni … “Sur Mint Xejn”, għajjat ix-xhud fid-direzzjoni tal-akkużat.
Cmelik qed ikun irrappreżentat mill-avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace. L-avukati Joe Giglio u Mario Spiteri qed jidhru f’isem il-familja Chetcuti. L-avukati Kevin Valletta u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>