Kummerċ Lokali Mużika

Il-Eurovision Song Contest se jsir f’Turin

Il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jsir f’Turin, l-Italja. Dawn wara li f’Mejju li għadda l-grupp Maneskin rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena li saret f’Rotterdam.

Il-belt ta’ Turin intgħażlet minn fost ħdax-il belt oħra li kienu qed jissemmew sabiex jospitaw l-ikbar avveniment mużikali madwar l-Ewropa kollha u anke madwar id-dinja.

Ikkummenta