Il-Papa Franġisku (lemin) mhux se jivvjaġġa lejn l-Iskozja biex jattendi l-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima – magħrufa wkoll bħala COP26 – li se ssir ix-xahar id-dieħel fil-belt Skoċċiża ta’ Glasgow.
Il-Vatikan ikkonferma dan meta, qabel, kien maħsub li l-Papa, li għandu 84 sena, kien se jsir l-ewwel Kap tal-Knisja li jżur l-Iskozja mill-2010. U għalkemm l-isqfijiet Kattoliċi fl-Iskozja qalu li kienu lesti biex jagħtu ‘merħba kbira’ lill-Papa, il-Vatikan, issa, ikkonferma li d-delegazzjoni tiegħu għall-COP26 se jitmexxa mill-Kardinal Parolin, li hu s-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede.
Is-summit importanti se jkun organizzat fis-Scottish Exhibition Campus (ta’ Glasgow) bejn il-31 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Novembru. Se jattendu għalih madwar 120 mexxejja tad-dinja li mistennija jfasslu pjani għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qed jikkontribwixxu għall-bidliet allarmanti fil-klima tagħna.
//= $special ?>