Lokali

Il-pulizija twettaq rejds fil-Ħamrun u l-Marsa

Il-Ġimgħa waranofsinhar il-pulizija wettqet għadd ta’ raids f’żewġt iħwienet fi Triq Ħal Qormi u Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Ħamrun u kif ukoll fi Ġnien Sitta t’Awwissu fil-Marsa.

Il-pulizija infurmaw lil Net News li l-operazzjonijiet seħħew b’ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett, tal-RIU, it-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, tal-Immigrazzjoni u t-Taqsima tal-Klieb.

Sa issa għadu mhux magħruf x’instabu f’dawn l-operazzjonijiet, iżda sorsi tagħna qalulna li nstabu dokumenti li għadhom qed jiġu vverifikati.

Ikkummenta