Fl-Istadium Nazzjonali it-tim nazzjonali Malti se jilgħab partita oħra mill-fażi ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra s-Slovenja. Malta tinsab fil-ħames post ta’ Grupp H b’4 punti minn sitt partiti. Minkejja li t-tim nazzjonali Malti hu l-aktar tim li sofra gowls fil-Grupp, 11-il gowl, is-6 gowls skorjati fl-ewwel sitt partiti huma rekord ġdid għat-tim Malti f’fażi ta’ kwalifikazzjoni.
Min-naħa l-oħra s-Slovenja jinsabu fir-raba’ post b’seba’ punti u rebħa f’Malta hija mperattiva jekk irridu jżommu ħajjin, t-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Madanakollu t-tim immexxi minn Matjaz Kek tilef it-tliet partiti li lagħab barra minn darhu sa issa fi Grupp H. Fl-aħħar konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet kienu l-Isloveni li ħarġu rebbieħa, meta penalty dubjuż ta’ Sandi Lovric kienu tagħhom rebħa minima ta’ 1-0.
Għal din il-partita il-kowċ tat-tim nazzjonali Devis Mangia se jkun mingħajr James Brown, li qed isofri minn injury fil-hamstring, u mingħajr Ryan Camnenzuli li huwa sospiż. Min-naħa l-oħra se jirritorna l-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele wara li tilef il-partiti f’Settembru minħabba injury.
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022
Malta v Slovenja 8:45pm
//= $special ?>