Lokali

Jaqa’ saqaf f’Raħal Ġdid

Ħadd ma weġġa’ meta dalgħodu għal xi raġuni mhux magħrufa waqa’ saqaf fi Triq il-Palm fl-akwati ta’ Raħal Ġdid.

Informazzjoni li kiseb dan is-sit turi kif fil-ħin tal-inċident kien hemm xi nies fil-post iżda b’xorta tajba ħadd ma weġġa’ meta sfronda s-saqaf.

Fil-post issejħu l-Pulizija tad-dsitrett kif ukoll team mediku tal-ambulanzi li taw l-ewwel għajnuna iżda ħadd ma ttieħed l-isptar għal aktar kura.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.