Aktar membri tal-Kabinett Laburista komplew jonqsu milli jikkundannaw lil Konrad Mizzi u l-proġett tal-Electrogas. Proġett li rabatna biex nixtru 70-80% tal-enerġija minnu – rabta li tfisser li qed inħallsu flusna anke meta ma nużawx l-enerġija tal-Electrogas.
Apparti minn hekk, minħabba dan il-proġett tal-Labour, fuq perjodu ta’ sena u nofs ħallasna aktar minn 10 miljuni żejda għall-enerġija. Dan jasal wara nuqqasijiet kbar li saru waqt li inħema d-deal tal-Electrogas, li fuq quddiem nett tiegħu kien hemm Konrad Mizzi u l-konsulent ta’ Joseph Muscat, Robert Abela.
Iżda l-membri tal-Kabinett tal-istess Abela, mhux talli ma jikkundannawx dan id-deal, talli jfaħruħ u saħansittra jippruvaw iqarrqu bil-poplu Malti u Għawdxi meta jgħidu li l-Electrogas ġabet kontijiet orħos.
Il-Partit Laburista, permezz ta’ Konrad Mizzi, berbaq ukoll 10 miljun Ewro fil-proġett tal-Windfarms fil-Monenegro. Dan apparti li hafer anke 40miljun Ewro f’taxxa lill-Electrogas. Fl-aħħar ġimgħat, ‘The Guardian’ ippublikat rapport li juri kif aħna l-Maltin qed nħallsu 7 darbiet aktar ghall-gass minn pajjiżi oħrajn fl-Ewropa. Il-kont tad-dawl tiegħek huwa ogħla minn dak li suppost hu.
Dan kollu jasal wara d-deċiżjonijiet li ħa Konrad Mizzi meta kien Ministru u Deputat Mexxej tal-Labour. Deċiżjonijiet li l-poplu Malti u Għawdxi għadu qed iħallas għalihom sal-ġurnata tal-lum.
Mistoqsi jekk jikkundannax l-aġir ta’ Konrad Mizzi li ħarab milli jidher quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb għal għemilu. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi irreferina għal dak li qalu sħabu fil-PAC, kif qed ikunu ordnati li jagħmlu d-Deputati tal-Labour meta mistoqsijin dwar Mizzi. Madanakollu, jidher ċar li Zrinzo Azzopardi għamel kif ordnalu Robert Abela iżda ma kienx jaf dwar xix qed jitkellem.
//= $special ?>