Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet ġrieħi wara li nqalbet vettura fit-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar għall-ħabta tal-5.20 ta’ llejla.
Jidher li fl-inċident ma kien hemm l-ebda vettura oħra nvoluta, bil-vettura għal xi raġuni jew oħra nqalbet weħidha.
Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija u tim mediku biex jassistu lix-xufier. Madanakollu, ix-xufier irrifjuta li jittieħed l-Isptar Mater Dei.