Jekk il-kont tad-dawl tiegħek għax-xhur tas-Sajf ġie iktar għoli mis-soltu, m’intix waħdek. Mistoqsija dwar dan, il-Ministru inkaragita minn dan is-settur spjegat li inti trid tħallas iktar għall-kont tiegħek minħabba l-heatwave għaliex dak iż-żmien kien hemm iktar konsum.
Din l-ispjegazzjoni hija xi ftit stramba għaliex skont data li ħarġet mill-Ministeru ta’ Miriam Dalli stess, pajjiżna kellu 248 okkażżjoni fejn kelna qtugħ tad-dawl bejn Mejju u Settembru li għadda. Aktar minn 150 darba minnhom, ġraw fix-xhur li qed tirreferi għalihom Miriam Dalli; ix-xhur fejn kellna heatwave bħal ma wara kollox kellna f’kull Sajf li għadda.
Jekk xejn, il-loġika tgħidlek li l-kont tad-dawl kellu jiġi irħas minħabba li l-arloġġ tad-dawl, għal diversi drabi, waqaf jaqqgħad.
Din ma kienetx l-unika kontradizzjoni li għamlet il-Ministru tal-Enerġija hekk kif fl-istess intervista, filli qaltilna li l-kontijiet għolew minħabba l-heatwave u filli qaltilna li l-Gvern qed iżomm il-kontijiet stabbli. Dan meta ingħaqdet ma sħabha d-Deputati tal-Labour u ddefendiet il-proġett skandaluż tal-Electrogas, proġett li kif jixhed rapport tal-Awditur Ġenerali, minħabba fih, qed inħallsu kontijiet ogħla.
//= $special ?>