Taljana ta’ 18-il sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Taljana ta’ 18-il sena, u Audi A3, li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Portugall ta’ 38 sena residenti l-Gżira.
It-tfajla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>