Futbol Sport

Telfa għal Malta f’partita diżappuntanti

(Ritratt: Trevor Sollars)

MALTA ………… 0

SLOVENJA …. 4

Malta : H.Bonello, E.Pepe, K.Shaw, Z.Muscat, J.Mbong (A.Magri Overand 68′), S.Pisani (T.Caruana 68′), T.Teuma, C.Attard, S.Dimech (L.Gambin 57′), L.Montebello (J.Degabriele 80′), P.Mbong (A.Satariano 57′)

Slovenja : J.Oblak, Z.KArnicnik, J.Bijol, M.Mevlja, J.Balkovec, A.Gnezda, J.Kurtic, J.Ilicic (L.Zahovic 72′), S.Lovric (J.Gorenc-Stankovic 71′), B.Verbic (D.Crnigoj 61′), A.Sporar (B.Sesko 61′)

Referee: Anastasios Sidiropoulos

F’partita diżappuntanti, it-tim nazzjonali Malti sofra telfa ta’ 4-0 kontra s-Slovenja, li ddominaw il-partita mill-ewwel minuti tagħha. It-tim Malti ftit li xejn kien perikoluż bis-Sloveni jkunu serrħu rashom mill-partita fil-bidu tat-tieni taqsima.

Fl-20 minuta is-Slovenja ħasbu li marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Josip Ilicic kien Sandi Lovric li kkonkluda fil-lasta, iżda wara konsultazzjoni mal-VAR il-gowl kien imħassar. Matul l-ewwel 25 minuta it-tim Malti kien xi ftit konvuż, b’sensiela ta’ passiġi eratiċi. Minkejja dan, is-Slovenja ftit li xejn kienu perikolużi. Madanakollu fis-27 minuta, is-Slovenja marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Jure Balkovec kien Josip Ilicic li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Henry Bonello għal 1-0.

Fl-40 minuta Malta kienuj fer viċin li jiksbu l-gowl tad-draw meta minn cross preċiż ta’ Teddy Teuma, Luke Montebello żmarka tajjeb ruħu iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet barra. Fit-tieni taqsima is-Sloveni ħarġu fuq l-offensiva u proprju fil-50 minuta rdoppjaw, meta minn pass ta’ Sandi Lovric, kien Andraz Sporar li b’konklużjoni b’saħħitha fuq id-dawra għeleb lil Bonello għal 2-0.

Is-Slovenja għamluwhom tlieta fis-60 minuta meta għal darb’oħra reġa kien Josip Ilicic li b’xutt bid-dawratefa’ fl-anglu tax-xibka għal 3-0. Biex sitt minuti wara wasal ir-raba’ gowl għas-Sloveni meta minn cross ta’ Sandi Lovric kien Benjamin Sesko li bir-ras kkonkluda fil-lasta għal skor finali ta’ 4-0.