Futbol Sport

Telfa minima għaż-żgħażagħ Maltin fil-Litwanja

(Ritratt: MFA)

LITWANJA ……….. 2

MALTA ……………… 1

Litwanja: K. Urbietis, V.Paulauskas, V.Armalas, A.Dolznikov (N.Petkevicius 46), A.Klimavicius (D.Zubauskas 69), T.Milasius (B.Anisas 79), N.Zebrauskas, K.Uzela, M.Ramanauskas (K.Zebrauskas 69), T.Kalinauskas (V.Piliukaitis 80), D.Jansonas.

Malta: C.Formosa, C.Gauci, M.Grima, A.Attard (L. Vella 87), A.Vella, M. Veselji (V.Degiorgio 78), A.Garzia (K.Mohnani 57), C.Zammit Lonardelli, M.Ellul, B.Sciberras (J.Sixsmith 79), J.Engere (J. Carbone 78).

Referee: M.Birsan

Assistenti Referee: V.Gabriel Avram, V.Urzica

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena sofra tilfa minima ta’ 2-1 barru minn dahru kontra l-Litwanja, f’partita minn Grupp C tal-Kampjonati Ewropej. Mit-telfa diżappuntanti fir-Russja il-kowċ Gilbert Agius għażel li jagħmel tliet tibdiliet bl-introduzzjoni tal-plejer Andreas Vella, Christian Gauci u Mattia Veselji mal-ewwel ħdax.

Fil-21 minuta l-ewwel azzjoni perikoluża għat-tim Malti meta l-freekick tal-midfielder Marcus Grima għadda ftit għoli mil-lasta. Fit-30 minuta il-Litwanja marru viċin li jiftħu l-iskor meta wara żball difensiv, kien Klimcavius li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra.

Fit-38 minuta l-Litwanja marru fil-vantaġġ meta x-xutt ta’ Titas Milasius għadda minn bejn il-plejers Maltin, bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Fit-tieni taqsima il-Litawnja rdoppjaw, meta fis-56 minuta kien Tomas Kalinaskus li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 2-0.

Lejn tmiem il-partita il-Maltin pprotestaw għal penalty, liema għajta kienet mxejna mir-referee Marcel Birsan. Biex lejn it-tmiem kien Jamie Sixmith li b’xutt minn barra poġġa l-ballun fl-anglu tax-xibka għal skor finali ta’ 2-1.