Ċifri maħruġa mill-NSO għax-xahar ta’ Frar jikkonfermaw li l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi f’pajjiżna qed ikomplu jiżdiedu. Fil-fatt, l-istatistika turi li minn 0.4% f’Awwissu, l-Indiċi tal-Prezzijiet żdied għal 0.7% x-xahar li għadda.
U propju minħabba dan il-piż tal-prezzijiet, ħafna qed jistennew illi fil-Budget ta’ nhar it-Tnejn il-Gvern jagħti żieda tal-COLA li tkun waħda ġeneruża.
Skont l-NSO, fl-aħħar ġimgħat kienu reġistrati żidiet fil-prezz tal-ikel, fl-ispejjeż tal-edukazzjoni u l-iskola, prezzijiet tal-ħwejjeġ, appliances tad-dar, għamara u anke spejjes relatati ma’ saħħa.
Il-prezzijiet ilhom jiżdiedu, xahar wara l-ieħor, sa minn Frar li għadda.
Fl-aħħar jiem, apparti l-prezz ta’ prodotti bażiċi – dehru ħafna ilmenti fuq il-media socjali anke dwar il-kontijiet essaġerati tad-dawl u l-ilma.
Meta fl-aħħar jiem saqsejna lill-Ministri tal-Gvern dwar dawn il-piżijiet u dwar il-morsa tal-għoli tal-ħajja… ħafna ħarbu milli jwieġbu. U qalu biss li din hija realtà f’kull pajjiż; mingħajr ma offrew soluzzjonijiet.
//= $special ?>