Lokali Qorti

Wara maratona ta’ tmien sigħat jingħata l-ħelsien mill-arrest il-kuntrattur mixli li telaq immigrant fit-triq

Glen Farrugia ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi mixli li kkaġuna b’mod volontarju ġrieħi gravi fuq l-immgrant, li pprova jaħbi reat u akkużi relatati ma’ inċident li jinvolvi ħaddiem tal-kostruzzjoni ingħata l-libertà proviżorja. Farrugia qed jiġi mixli li kkaġuna feriti gravi fuq Lamin Jaiteh ta’ 32 sena, li huwa missier ta’ żewġt itfal.

Kien għall-ħabta tal-10.00pm tal-Ħamis li ngħata digriet mill-Magistrat Marseanne Farrugia wara maratona ta’ tmien sigħat fejn wara li nstemgħu x-xhieda pajżana, l-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża taħt diversi kundizzjoni.

Farrugia irid jagħmel tajjeb għall-ħelsien tiegħu b’depożitu ta’ 1 €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000, li jrid ikun id-dar sa 12.am u ma joħroġx qabel il-5.00am u jiffirma  tliet rbiet fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ.

It-talba għall-pleġġ kellha oġġezzjoni qawwija tal-prosekuzzjoni peress li qalet li baqa’ xi erba’ xhieda ta’ nazzjonalità barranija li meta seħħ l-inċident ħarbu minn fuq il-post u għadhom ma ġewx intraċċati.

L-Avukati Franco Debono li qed jassisiti l-akkużat flimkien mal-Avukat Matthew Xuereb qal dwar il-libertà proviżorja illi l-mod kif imxiet il-Qorti kien wieħed eżemplari u ta’ min ifaħħru għax imxiet b’effiċjenza kbira mhux biss billi semġħet ix-xhieda pajżana kollha f’seduta waħda, minkejja li damet sal-10.00pm iżda wkoll bl-aħjar użu tat-teknoloġija peress li x-xhud prinċipali xehed via video-conference.

Mal-għoti tad-digriet  kien hemm emozzjonijiet kbar fl-awla hekk kif Farrugia ingħata l-ħelsien mill-arrest. Ix-xhud prinċipali, l-allegat vittma, l-immigrant Lamin Jaiteh mill-Gambja rrakkonta dak li għadda minnu mill-waqa’ sakemm tħalla fit-triq f’Selmun mill-kuntrattur li kien iħaddmu.

“Ma ġejtx mormi fuq il-bankina, imma fit-triq. Spiċċajt fuq il-bankina minħabba li tkaxkart b’minkbejja għal fuq il-bankina, qal fix-xhieda tiegħu l-allegat vittma. Fis-seduta xehdu diversi persuni oħra fosthom it-tfajla li sabet lil Jaiteh ma’ l-art u li għenitu.

Għall-akkużat qed jidhru l-avukati tiegħu, Franco Debono u Matthew Xuereb. l-Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Priscilla Caruana Lee u l-Ispettur George Frendo li għamel mistoqsijiet lill-vittma. Għad Dier (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol deheru l-Avukati Andrew Grima u Mattia Felice, għall OHSA l-Avukat David Saliba filwaqt li l-Avukat Gianluca Capitta deher għall-vittma.